11 April

“Enhancing our Core”

 

“Enhancing our Core” Proġett li ser jitwettaq mill-GWU Youths

 

Nhar is-26 ta’ Frar 2018, il-General Workers’ Union (GWU) Youths ħabbret fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha li ser tkun qed twettaq proġett iffinanzjat mil-Voluntary Organisations Project Scheme 2018, taħt il-Malta Council for the Voluntary Sector (MCVS), taħt il-Parliamentary Secretary for Youth, Sport and Voluntary Organisations. Is-Segretarju tal-GWU Youths, is-Sur Kendrick Bondin, ħa jkun il-persuna li ser tmexxi dan il-proġett bil-kooperazzjoni ta’ Miguel Aguis, Samantha Mifsud u Laura Mariah Demanuele.

L-għan ta’ dan il-proġett huwa sabiex iqajjem għarfien fuq livell Ewropew, għal- inklużjoni soċjali, u biex iż-żagħżagħ isibu impjiegi diċenti meta joħorġu fid-dinja tax-xogħol, kif ukoll:-

  • biex tistimula l-kooperazzjoni u n-netwerking bejn l-organizzazzjoni volontarja;
  • biex tipprovdi forum konsultattiv li jista’ jindirizza b’mod effettiv kwistjonijiet relatati mas-settur volontarju;
  • biex tappoġġa l-ħidma ta’ organizzazzjonijiet volontarji bħala parti integrali mis-soċjetà ċivili;
  • biex issaħħaħ il-bini ta’ kapaċitajiet ta’ organizzazzjonijiet volontarji.

Dan Il-proġett ha jipprovdi sitt korsijiet, li ser jiġu implimenetati din is-sena biex iż-żgħażagħ ikollhom taħriġ fuq diversi temi li għandhom x’jaqsmu mad-dinja tax-xogħol. Dan il-proġett jiffoka biex issaħħaħ il-kapaċitajiet tal-GWU Youths fejn il-membri ħa jiġu infurmati b’sezzjonijiet edukattivi, attivitaijiet volontajri u konferenzi, biex jippromovu għarfien fuq livell Ewropew, tagħrif għaż-żagħżagħ, inkluzjoni soċjali, impjieġ diċenti. L-attivitajiet edukattivi ser jiġu mgħallma min esperti lokali u trejners. Dawn l- attivitajiet ħa jiġu organizzati biex ikollhom ħjiel soċjali kif ukoll ħjiel tal-impjieg.

Parti mil-ħiliet li ħa ikunu indirizzati huma l-intervista, ħwejjeġ għax-xogħol, etika għax-xogħol u drittijiet għal-ħaddiem. Dawn il-Korsijiet huma:-.

  • Customer Care;
  • Time Management;
  • Employment Rights;
  • Finance;
  • Developing Self-Confidence;
  • Occupational Health and Safety.

Li skop għal dan il-proġett hu biex issaħħaħ il-kapaċita’ tal-GWU Youths fl-edukazzjoni u volontarjat, “volunteering can create opportunities for learning, and engaging in voluntary activities provides citziens with new skills and strengthens their sense of belonging to the society and can be a catalyst for social change;” (The role of voluntary activities in social policy Council Conclusions, The Council of the European Union, October 03, 2011

Parti mil-impenn tagħna huwa li nsaħħu l-voluntarjat u kif ukoll sabiex iż-żgħażagħ ikollhom aċċess biex jipparteċipaw fis-soċjeta’ u d-dinja tax-xogħol. Il-GWU Youths temmen fl-importanza tal- edukazzjoni u tal-volontarjat bil-involviment taż-żgħażagħ. Mil-proġett ħa nkunu nistaw nibenefikaw f’tagħmir, fuq ir-riklamar u l-ispejjez meħtiega biex jorganizzaw l- attivitajiet msemmija.

 

GWU Youths

Laura Mariah Demanuele u editjat minn Kendrick Bondin