17 October

GWU Ġewwa l-MCAST Freshers Week

 

Aħna studenti tal-MCAST u Apprentisti ġewwa l-General Workers Union, din is-sena ħadna sehem fil- ‘Freshers Week’ li ġiet organiżata ġewwa l-‘main campus’ tal-MCAST f`Raħal Ġdid, bejn it-Tnejn 2 ta’ Ottubru u l-Erbgha 4 ta’ Ottubru 2017. Ħdimna bi` sħieħ flimkien ma l-GWU Youths u s-Segretarju tat-taqsima tal-Youths is-Sur Kendrick Bondin biex dan l-avveniment ikun ta ‘ suċċess.

L-Għan ewlieni tagħna kien li niġbru mitt firma biex ikollna għaqda bħala fergħa tal-GWU Youths tagħna rikonoxxuta ġewwa l-MCAST. Dan Nixtiequ li jseħħ biex aħna nkunu nistgħu noffru apoġġ u assistenza għall-apprentisti u ‘part timers’ bħalna li jistgħu jiltaqgħu ma problemi fuq il-post tax-xogħol tagħhom.

Aħna ddeċidejna li nwaqqfu din l-għaqda għax mill-esperjenza tagħna u ta’ studenti oħra rajna li kien hemm nuqqas kbir ta’ drittijiet fuq postijiet tax-xogħol. Każijiet li sirna nafu bihom huma li student kien jiehu l-‘unpaid break’ tiegħu iżda l-employer kien iniżilha bħala ‘unpaid’ jew ‘vacation leave’. Kien hemm apprentisti li nagħtaw istruzzjonijiet biex jagħmlu xoghol li ma kienx parti mit-tagħlim tagħhom. Aħna bħala GWU youths infurmajna l-apprentistati rigward id-drittijiet tagħhom kif ukoll ħadna l-miżuri neċċesarji sabiex min iħaddem ma jkomplix b’dan l-għaġir. Aħna qegħdin diġa ninvolvu studenti li huma membri f’attivitajiet li norganiżżaw waqt is-sena skolastika bħal attivitajiet sportivi u attivitajiet oħra li jolqtu iz-żgħażagħ. Ninvolvu lil membri tagħna fil-qasam sportiv permezz ta’ timijiet tal -futbol li diġa għandna. Għandna timijiet li jinkorporaw kull ġeneru.

Madanakollu, l-ambitu ġenerali tagħna huwa li nkunu nistgħu nedukaw u nippreparaw iktar studenti, għal futur tagħhom fuq postijiet ta` xogħol. Dan nistgħu nagħmluh billi nġibu kelliema esperti li jkunu jistgħu jirrimarkaw u jispjegaw bi ċar ċertu drittijiet li l-ħaddiem għandu jkun jaf bihom qabel ma jibda l-karriera tiegħu. Aħna bħala għaqda nistgħu wkoll noffru opportunitajiet lil studenti membri tagħna bħal training courses ġewwa l-GWU kif ukoll barra minn Malta, dan bis-saħħa ta’ Erasmus+.

Waqt l-avveniment ġew iżuruna wkoll Il-President ta’ Malta, l-Eċċelenza Marie Louise Coleiro Preca, Il- Prim Ministru ta’ Malta, l-Hon Dr. Joseph Muscat, Il- Kap ta l-Opozzizjoni, l-Hon Dr. Adrian Delia u il-Ministru ta l- Edukazzjoni, l-Hon Is-Sur Evarist Bartolo u l-Hon Dr.David Agius.

Dan l-artiklu hu miktub minn:

GWU Youths

Matthew Seychell
Luke Mifsud
Laura Mariah Demanuele
Miguel Agius