6 December

GWU Youths preżenti għall-Union Youths Debate

 

Aħna studenti tal-MCAST u Apprentisti ġewwa l-General Workers Union, din is-sena ħadna sehem fil- ‘Freshers Week’ li ġiet organiżata ġewwa l-‘main campus’ tal-MCAST f`Raħal Ġdid, bejn it-Tnejn 2 ta’ Ottubru u l-Erbgha 4 ta’ Ottubru 2017. Ħdimna bi` sħieħ flimkien ma l-GWU Youths u s-Segretarju tat-taqsima tal-Youths is-Sur Kendrick Bondin biex dan l-avveniment ikun ta ‘ suċċess.

L-Għan ewlieni tagħna kien li niġbru mitt firma biex ikollna għaqda bħala fergħa tal-GWU Youths tagħna rikonoxxuta ġewwa l-MCAST. Dan Nixtiequ li jseħħ biex aħna nkunu nistgħu noffru apoġġ u assistenza għall-apprentisti u ‘part timers’ bħalna li jistgħu jiltaqgħu ma problemi fuq il-post tax-xogħol tagħhom.

Aħna ddeċidejna li nwaqqfu din l-għaqda għax mill-esperjenza tagħna u ta’ studenti oħra rajna li kien hemm nuqqas kbir ta’ drittijiet fuq postijiet tax-xogħol. Każijiet li sirna nafu bihom huma li student kien jiehu l-‘unpaid break’ tiegħu iżda l-employer kien iniżilha bħala ‘unpaid’ jew ‘vacation leave’. Kien hemm apprentisti li nagħtaw istruzzjonijiet biex jagħmlu xoghol li ma kienx parti mit-tagħlim tagħhom. Aħna bħala GWU youths infurmajna l-apprentistati rigward id-drittijiet tagħhom kif ukoll ħadna l-miżuri neċċesarji sabiex min iħaddem ma jkomplix b’dan l-għaġir. Aħna qegħdin diġa ninvolvu studenti li huma membri f’attivitajiet li norganiżżaw waqt is-sena skolastika bħal attivitajiet sportivi u attivitajiet oħra li jolqtu iz-żgħażagħ. Ninvolvu lil membri tagħna fil-qasam sportiv permezz ta’ timijiet tal -futbol li diġa għandna. Għandna timijiet li jinkorporaw kull ġeneru.

Madanakollu, l-ambitu ġenerali tagħna huwa li nkunu nistgħu nedukaw u nippreparaw iktar studenti, għal futur tagħhom fuq postijiet ta` xogħol. Dan nistgħu nagħmluh billi nġibu kelliema esperti li jkunu jistgħu jirrimarkaw u jispjegaw bi ċar ċertu drittijiet li l-ħaddiem għandu jkun jaf bihom qabel ma jibda l-karriera tiegħu. Aħna bħala għaqda nistgħu wkoll noffru opportunitajiet lil studenti membri tagħna bħal training courses ġewwa l-GWU kif ukoll barra minn Malta, dan bis-saħħa ta’ Erasmus+.

Waqt l-avveniment ġew iżuruna wkoll Il-President ta’ Malta, l-Eċċelenza Marie Louise Coleiro Preca, Il- Prim Ministru ta’ Malta, l-Hon Dr. Joseph Muscat, Il- Kap ta l-Opozzizjoni, l-Hon Dr. Adrian Delia u il-Ministru ta l- Edukazzjoni, l-Hon Is-Sur Evarist Bartolo u l-Hon Dr.David Agius.

Nhar is-Sibt, 25 ta’ Novembru, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Youths, Sur Kendrick Bondin, kien wieħed mil-panel preżenti għall-Union Youths Debate, ospitat mill-Kunsill nazzjonali taż-żgħażagħ (KNŻ). L-għan ta’ dan id-dibattitu kien li jistaqsu mistoqsijiet varji, li ġew meħuda; min-nies preżenti, kif ukoll mill-kummenti fuq is-sit elettroniku facebook, b’permezz tal-live vidjo. Il-mistoqsijiet kienu relatati ma’ drittijiet tal-ħaddiema żgħażagħ u dan l-avveniment attendew diversi mexxejja tal-Unjoni taż-żgħażagħ, rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem, kif ukoll bħala rapreżentanti mill-Gvern u oppożizzjoni.

 

Fost id-domandi li ġew mistoqsija, kienu dawn:

 

(1) “Illum il-ġurnata bosta żgħażagħ jagħżlu biex jaħdmu u jistudjaw fl-istess ħin, normalment dawn ikunu xogħlijiet prekarji u kif ukoll ma jkunux avżati fuq id-drittijiet tagħhom fuq il-post tax-xogħol. Fuq dan kollu ma taħsibx li għandu jsir xi haġa sabiex iż-żgħażagħ li jersqu lejn id-dinja tax-xogħol jiġu smati aktar u daqs ħaddiema oħrajn li hemm fuq il-post tax-xogħol?”

Is-sur Kendrick Bondin beda d-diskors tiegħu billi qal li dan huwa l-bidu ta’ dak li hemm, li d-dinja tax-xogħol hija settur li kontinwament tinbidel bħal ma jinbidlu s-soċjetajiet tagħna. Is-Segretarju Ġenerali kompla jgħid li d-drittijiet tal-ħaddiema ma jieġux irappereżentati jew irrespetati. Apparti minn hekk, iz-żgħażagħ ma jafux li jeżistu l-unjins u li jistgħu jersqu lejn il-unjins, sempliċament jekk ikollhom problemi fuq il-post tax-xogħol.

“X’jista’ jsir?” Is-Sur Bondin qal li l-ewwel u qabel kollox għandu jibda jsir fis-sillabus, li verament naraw li l-individwi ma ngħallmuhomx biss it-teorija jew il-prattika ta’ dak ix-xogħol, iżda ukoll ngħallmuhom li bħala ħaddiema, huma jiffurmaw parti mis-soċjeta’ u li għandhom id-drittijiet tagħhom. Apparti minn hekk, ngħallmuhom ukoll, sabiex ikollhom vuċi, fis-soċjeta’ ċivili, fejn huma jistgħu imorru għand NGO’s jew għand Unjins fejn jistgħu isemmgħu leħħinhom u jiġu ukoll irrispetati. Kompla jgħid, li l-eta’ m’għandiex tkun fattur ta’ diskriminazzjoni għal ħadd u għall-ebda ħaddiem.

Is-Sur Bondin ikkonkluda billi qal li hemm ħafna affarijiet fejn aħna, bħala Unjin, nagħrfu liż-żgħażagħ, iżda rridu naraw ukoll liz-żgħażagħ jipparteċipaw. Irridu nipprovdu informazzjoni, iżda s-soċjeta’ tagħna ukoll trid titgħallem ma tibżax, tfittex l-informazzjoni u tistaqsi!

(2) “Kien hemm dejjem problema kbira meta wieħed jiġi biex jitratta l-ugwaljanza bejn is-sessi f’dan is-settu. In-nisa jiġu tratti inqas mill-irġiel u mhux bħala ugwali. Rigward l-implementazzjoni ta’ sistema fejn in-nisa jirċievu ġurnata leave tal-mard minħabba ċ-ċiklu menstrwali tagħhom, x’inhuma l-pożizzjonijiet tagħkom fuq dan?
Is-Segretarju Ġenerali beda d-diskors tiegħu billi qal li n-nisa jibqgħu rrispettati żgur u li nfatti l-GWU kienet hi li ġġieldet sabiex in-nisa jkollhom d-dritt għall-vot. Xi fatturi problematici, tas-sur Bondin kienu dawn;

• Min iħaddem m’għandu l-ebda dritt li jkun jaf is-sitwazzjoni medika u r-raġuni tas-sick leave. Għalhekk, jekk in-nisa jiddikjaraw xi tip ta’ mard li jista‘ jkollhom, mela aħna nkunu qedgħin nibdew niġġustifikaw iċ-ċiklu, mela għaliex mard oħra le?

• Apparti minn hekk, l-employers iħossuhom imbarrazzati li jkunu jafu iċ-ċiklu tan-nisa. Min- naħa l-oħra hawn nisa li huma kunfidenti li jesprimu ruħhom, iżda hawn min li ma jħossux hekk.

Din hija kwistjoni ta’ sensittivita’, jiġifieri aħna ħa nobligaw lin-nisa biex jiddikjaraw, meta huwa ż-żmien tagħhom u meta m’huwiex?

 

GWU Youths

Jessica Delia