2 May

Il-Fastidju fuq il-post tax-xogħol

 

Il-Fastidju fuq il-post tax-xogħol skont ir-riċerka tal-organizzazzjoni ‘Men Against Violence and the Women’s Rights Foundation’ qiegħed juri b’mod ċar li, il-ħidma li saret f’dawn l-aħħar snin via il-unions, fejn qegħdin inħeġġu aktar ħaddiema jirrapportaw każijiet tà fastidju fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Ir-riċerka turi li 80% tal-ħaddiema, li ħadu sehem fir-riċerka, fejn il-maġġor parti kienu nisa, esperjenzaw jew innotaw fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol. Skont din ir-riċerka jingħad ukoll li aktar minn nofs tal-ħaddiema li rrapportat, ġew mkeċċija minn fuq il-post tax-xogħol. Minn dan ir-riżultat nistgħu noħorġu li għalkemm il-maġġor parti tal-ħaddiema qegħdin jersqu aktar sabiex jirrapurtaw każijiet bħal dawn, xorta waħda qiegħed jispiċċa ibagħti il-konsegwenzi l-ħaddiem.

Ir-riċerka turi ukoll li, 90% tal-ħaddiema, li ħadu sehem, ma kienux jafu kif ħa jindirizzaw każijiet tà fastidju sesswali. Għalhekk b’dan il-għan il-GWU u il-GWU Youths flimkien mal-Malta Council for the Voluntary Sector, taħt l-iskema VOP Scheme, ġiet imtella konferenza sabiex jintwera aktar għarfien fuq is-sitwazzjoni preżenti tal-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol u sabiex is-‘shopstewards’ jingħataw taħriġ kif għandhom jirrejaġixxu meta jiltaqgħu mà każijiet bħal dawn. Bosta persuni attendew din il-konferenza pubblika fosthom il-ministru Dr Helena Dalli u il-membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli.

Il-kelliema li ħadu sehem f’din il-konferenza rrimarkaw ukoll fuq fastidji li qegħedin isiru b’mezzi elettroniċi. Dawn jinkludu emails, chats, social media u mezzi oħra tà komunikazzjoni waqt jew wara il-ħin tax-xogħol. Il-ministru Helena Dalli semmiet li kummenti li jagħtu fastidju fuq il-post tax-xogħol qed jiġu ferm aktar amplifikati fuq il-mezzi tas-social media għaliex huwa ferma aktar konvenjenti li tikkumenta fuq persuna minajr ma taffaċċjaha u għalhekk qed iwassal għal żieda fil-każijiet tà fastidju fuq il-postijiet tax-xogħol.

Miriam Dalli kompliet l-argument billi rrimarkat li trid tiġi stabilixxitha linja ferm aktar ċara fuq dan it-tip ta ‘Cyber Harresment’. Dr Miriam Dalli kompliet billi rrimarkat li l-fastidju, għalkemm huwa aktar komuni fuq in-nisa, jgħaddu ukoll minnu l-irġiel, u saħqet li hija tà importanza kbira li nindirizzaw din il-kwistjoni anke minnħabba l-effetti psikoloġiċi fuq il-vittma, li jħallu effett fuq il-ħajja personali, x-xogħol u anke s-saħħa tal-individwu. Qalet ukoll, li jeħtieġ immorru lil hinn minn liġijiet u mill-infurzar b’saħħtu u jkollna policies ferm aktar effettivi u taħriġ anke fuq il-post tax-xogħol biex l-impjegati jkollhom biżżejjed għarfien dwar kif jindirizzaw każijiet ta’ fastidju fuq il-post tax-xogħol.

Fit-tmiem tà din il-konferenza tkellem is-segretarju Ġenerali tal- GWU, Josef Buġeja, fejn saħaq li il-GWU kontinwament taħdem u tiġġieled kontra kull forma tà fastidju fuq il-post tax-xogħol. B’hekk ngħalaq b’appell sabiex ma nibżgħux naqbżu għad-drittijiet tagħna.

 

GWU Youths

Larinov Muscat