29 December

Inħarsu l’ quddiem lejn l-2018

 

Is-sena 2017 kienet sena’ oħra ta’ ħidma u attiviżmu għall-GWU Youths. Il-GWU Youths kienet attiva f’diversi inizjattivi edukattivi u kampanji marbutin maz-zgħazagħ. Kemm dawk li jirrigwardja attivizmu fill-GWU, livell nazzjonali u anke fuq livell internazzjonali. Flimkien mal-management tal-Għaqda rajna li nsaħħu r-rizorsi tal-GWU Youths, fejn illum qedin il fuq minn tnax il zgħazugħ attiv. Rajna ukoll li ntejjbu l-image tagħna, permezz tat-tim tal komunikazzjoni tejjibna l-website tal-GWU Youths fejn ġiet integrata mal media soċjali ukoll.

Fost l-inizjattivi li-ħadna matul 2017, nistgħu nsemmu l-istand ġewwa l-MCAST, study visit gewwa kumpanija prominenti tal-luminajjet f’pajjinzna, dibattitu bejn z-zgħazagħ attivi f-unjins differenti, taħriġ lil diversi apprentisti u ħaddiema u kampanja diġitali fuq l-beneffiċji li wieħed ikun missieħeb ma unjin. l-Għaqda ipparteċipat b’mod attiv f-diversi seminars, fosthom seminar fuq l-irwoll tal-unjins għall-istandards fejn spikka l-irwol kruċjali tal GWU fit-tfassil u n-negozjar tal-istandards biex b’tali mod li jippromwovu il-bżonnijiet tas-soċjetà Maltija u tal-ħaddiema. Konferenza oħra kienet dik internazzjonali, fuq il mobilita u l-apprentistat għaz-zgħazagħ, organizzata mill-‘European Chemical Industry’. Fuq bazi lokali ġie organizzat seminar rigward in-nies li qed ibatu mill-virus tal-HIV kif ukoll nies transgender. It-titlu ta’ dan is-seminar kien “HIV + people and transgender people as our colleagues”. L-iskop kien sabiex tinħoloq izjed awareness speċjalment meta jista’ jkun il-kaz li jkollok kollegi jaħdmu miegħek ibatu mill-virus tal-HIV jew ikollok kollegi transgender.

IMG_1205
IMG_1204
IMG_1206
GWU Youths Pride March

Tgħajna opportunitajiet lil diversi membri li jmorru jirrapresentaw l-għaqda f’konferenzi u attivajiet internazzjonali tat-trejd unjins specjalment fuq bazi ewropeja, foshtom dawk tal European Trade Union Confederation (ETUC). Ħdimna ħafna fuq l-aspett soċjali u sportiv, fejn tellajna tournament tal-futboll, attivitiajiet soċjali u BBQs. Il-GWU Youths kompliet izzid l-attivizmu taggħa favur d-drittijiet LGBTIQ, fejn anke kienet parti mill-‘Kunsill Konsulattiv tal-LGBTIQ għaz-zwieġ indaqs, u anke waħda mill-għaqdiet li pparteċipaw fill-Malta Pride March.

Din is-sena, l-għaqda ħadmet sabiex tiġi rikonoxxuta b’mod uffiċjali ġewwa l-MCAST, għall dan il-għan inġabbru l-firem neċċessarji minn membri studenti f’dan il-kulleġġ. Il-GWU Youths għamlet dan sabiex tkun tista’ toffri iktar apoġġ u assistenza lill-apprentisti u ‘part timers’ li jistgħu jiltqgħu ma problemi fuq il-post tax-xogħol tagħhom.

Ħidma oħra kienet li nressqu iktar żgħażagħ attivi lejn l-għaqda fejn noffru spazju fl-għaqda fejn huma jistgħu jimirħu u jiżvilluppaw it-talenti tagħhom fil-kuntest u mal-għanijiet tal-GWU Youths. Ħdimna ukoll fuq numru ta’ każijiet individwali fejn żgħażagħ tkellmu magħna fuq xi kwistjoni partikolari, f’dawn is-sitwazzjonijiet ħdima ħafna flimkien mat-Taqsima rispettiva tal-unjin ħalli id-drittijiet ta’ dak iż-żgħażugħ jew żgħażugħa jkunu rispettati u mħarrsa.

Għas sena li ġejja se naraw kif se nkomplu nizviluppaw u nesploraw setturi oħra ħalli il-GWU Youths tibqgħa relevanti għaż-żgħażagħ ħaddiema u studenti Maltin u Għawdxin. Bħala GWU Youths huwa d-dmir u d-dover tagħna li niddefendu u naħdmu bi sħieħ favur d-drittijiet u l-kunazzjonijiet tal-ħaddiema zgħazagħ Maltin u Għawdxin. Fl-2018, l-GWU Youths beħsieba tkopli tagħti iktar opportunitajiet ta taħrig lil membri tagħna bħal training courses ġewwa l-GWU kif ukoll barra minn Malta, dan bis-saħħa ta’ Erasmus+.

Dawk taħt il-35 sena li huma interessati jkunu attivi f’din l-għaqda jew f’xi sottu kumitati tal-GWU Youths għandhom jgħamlu kuntatt magħna. Dan għandu jsir billi jibgħatulna d-dettalji: isem, indirizz, numru mowbajl/telefon, isem tal-istituzzjoni edukattiva u kors (jekk applikabbli) u post tax-xogħol FT jew PT (jekk applikabbli) permezz ta’ imejl lil youths@gwu.org.mt, Facebook : gwu.youths jew anke permezz ta ittra posta lill-GWU YOUTHS, Workers’ Memorial Building, South Street, Valletta.

Nieħu l-opportunita’ li nirringrazzja lil-membri tal-eżekuttiv tal-ħidma tagħhom u l-membri kollha tal-għaqda, u fl-aħħar u mhux l-inqas lill Aministrazzjoni tal GWU għas support, sostenn u l-impenn taggħom lejn it-taqsima zgħazagh.

F’isem l-ezekuttiv tal-GWU Youths nixtieqghu nawguraw liz-zgħazagħ Maltin u Għawdxin, b’mod partikulari l-membri tagħna il-kumplament tal-festi t-tajba s-sena l-Gdida mimlija saħħa u kuntentizza.

 

GWU Youths

Andre’ Damato