28 March

Il-kancer tal-musrana

 

Il-kancer tal-musrana l-kbira hu t-tieni l-iktar kancer li jikkawza mwiet izda dan jista’ jinbidel.

Dan jista’ jinbidel permezz ta’ screening tal-musrana l-kbira. L-ghan tal-iscreening huwa li l-kancer jinqabad fi stadju bikri fejn ma jkunx hemm sintomi evidenti tal-marda u meta jkun iktar facli li tikkurah. Bl-iscreening jista’ jinstab xi felul, li ghalkemm mhux kancer, jistghu jizviluppaw f’kancer maz-zmien. It-tnehhija tal-felul tista’ tnaqqas ir-riskju li jizviluppa l-kancer.

Kull sena f’Malta jinstabu madwar 300 kaz gdid ta’ kancer tal-musrana u madwar 100 persuna tmur minn din il-marda. Kemm in-nisa kif ukoll l-irgiel jistghu imutu minn din il-marda pero screening regolari jnaqqas ir-riskju li tmut b’dan il-kancer b’15%.

L-izjed persuni li huma f’riskju huma; dawk li ghandhom hamsin sena jew iktar. Ghalkemm ir-riskju jizdied bl-eta, kullhadd jista’ jigi affetwat; Dawk li ghandom qraba li kellhom kancer tal-musrana meta kellhom inqas minn 50 sena; Dawk li ghandhom marda infjammatorja tal-musrana bhal marda tal-Crohn’s jew Ulcerative Colitis; Dawk li jieklu dieta b’hafna laham ahmar, laham ipprocessat, xahmijiet u nuqqas ta’ fibra, konsum tal-alkohol, tipjip, nuqqas t’ezercizzju u piz zejjed.

Il-prezenza tar-riskju ma jfissirx li zgur jaqbdek il-kancer tal-musrana l-kbira. Minn naha l-ohra, in-nuqqas ta’ riskju ma jfissirx li int mhux se jaqbdek il-kancer tal-musrana.

L-ahjar li wiehed jitkellem mat-tabib tieghu jekk jara xi wiehed minn dawn is-sintomi; hrug ta’ demm minn wara, tibdil fl-ippurgar li jdum aktar minn 3 gimghat, ghejja kbira, ugiegh jew massa fiz-zaqq jew telf ta’ piz minghajr ebda raguni.

Bhalissa d-dipartiment tal-iscreening gewwa l-Furjana qed jibghat ghal dawk il-persuni li twieldu bejn l-1949 sal-1960. Id-dipartiment iheggeg lil kull min hu nteressat biex icempel fuq 21227470/1 jew jista’ jibghat email fuq colon.screening@gov.mt.

 

GWU Youths

Kurt Zammit