19 February

Il-Laqgħa Generali Annwali

 

Aħna iż-żgħażagħ membri attivi tal-‘youth wing’ ġewwa l-General Workers` Union flimkien mal-bord tal-eżekuttiv u s-Segretarju tat-Taqsima, is-sur Kendrick Bondin, ta’ kull sena nħejju din il-laqgħa biex nanalizzaw il-ħidma tagħna tul is-sena kollha. Kien żmien fejn komplejna insaħħu din l-għaqda filwaqt li komplejna nkunu eqreb lejn is-soċjeta’ Maltija b’mod speċjali ż-żgħażagħ ħaddiema. L-għan tal-GWU Youths huwa li dejjem nippruvaw nagħmlu sforz biex nippromwovu l-isem tagħna u dak li nistgħu noffru liż-żgħażagħ biex intejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.

B`użu ta’ stħarriġ sibna li l-midja soċjali b`mod speċjali ‘Facebook’ huwa l-aktar mezz effettiv biex nagħmlu promozzjoni. B`hekk stajna niffukaw iktar ir-riżorsi umani u finanzjarji tagħna billi nużaw il-paġna fuq il-‘Facebook’ u s-sit elettroniku għal promozzjoni ta` avvenimenti u ġrajjiet kurrenti ġewwa l-GWU Youths.

Minbarra kampanji, posters onlajn u avvenimenti, aħna tajna aktar importanza li nuzaw mezzi differenti bħall-‘Freshers Week’ u ‘Pride March’ biex insaħħu dak li nemmnu fih.

F'dawn l-avvenimenti għamilna użu ta’ ‘Pull-up Banners’ u ‘Vinyl banner’. Permezz ta’ dawn il-‘banners’ aħna irnexxilna nresqu iktar żgħażagħ lejn il-GWU billi fuqhom tajna importanza lill-benefiċċji tagħna li noffru liż-żgħażagħ li huma membri magħna. Dawn il-‘banners’ nistgħu nkomplu nużawhom fil-futur f'avvenimenti fejn ikun hemm ġbir ta’ fondi bħal ‘Charity Walks’, ‘Fun Runs’ etc… kif ukoll nużaw ‘pull-up banners’ għal konferenzi, ‘seminars, job fairs’ u diversi avvenimenti oħrajn marbutin maż-żgħażagħ.

Kellna l-opportunita’ li nżuru l-Parlament Ewropej u nattendu diversi laqgħat fejn qsamna bejnietna l-ħsibijiet ta’ xulxin. Ħames parteċipanti li jiffurmaw parti mill-Eżekuttiv tal-GWU Youths ħadu sehem f’safra informattiva li kienet tikonċerna l- ‘European Economic and Social Committee’.

Qegħdin naħdmu wkoll fuq proġetti għas-sena li ġejja fosthom ‘Youth Inclusion Trough Sports–A4U-2018- 02, under the A4U Scheme’, finanzjati mill-Aġenzija Żgħażagħ. Fejn ser nixtru aktar riżorsi biex inkomplu nsaħħu l-attivitajiet sportivi li norganiżżaw matul is-sena. Kif ukoll proġett finanzjat mill-‘Malta Council For The Voluntary Sector’ fejn ser itina l-opportunita’ li norganizzaw konferenzi, ‘seminars’ u ‘workshops’. Barra minn hekk ser inkunu qeghdin noffru korsijiet ta’ taħriġ, fost dawn hemm; Customer Care, Time Managment, Employment Rights, Finance, Developing Self-Confidence u Occupational Health and Safety li dawn ser ikunu provduti minn profesjonisti fil-qasam tagħhom.

Għal aktar informazzjoni dwar il-GWU Youths, ingħaqdu magħna fis-26 ta’ Frar fejn il-membri kollha tal-GWU taħt l-età ta’ 35 sena huma mistiedna li jattendu dan il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħna.

 

GWU Youths

Luke Mifsud