10 August

POKEMON GO

Il-logħba li Ġennet id-Dinja

Prattikament Pokemon GO hija logħba li suppost ġiet ivvintata sabiex in-nies li jilgħabuwa jiċċaqalqu iżjed. Iżda il-logħba maż-żmien ġiet logħba li bdew jilgħabuwa nies ta kull tip għax il-logħba qisa reali, peress li biex taqbad dawn il-kreaturi hemm sistema bis-satelita. Saru ħafna inċidenti u kien hemm minnhom fatali, għax min waqa’ minn irdum u min ittajjar minn xi karozza. Kien hemm anke ġlied u sparaturi. Kien hemm oħrajn li huma u jfittxu il-Pokemon sabu katavri li kienu nies li ilhom neqsin għal xi żmien. Illum -il ġurnata Malta qedgħa tara wkoll din -il famuża logħba. Għalkemm hawn ħafna nies li jarawha logħba bla sens. Hawn ħafna wkoll li qedgħin jilagħbuha, tant hu hekk li jekk tmur il-Belt jew l-Imdina tara ħafna li qedgħin jilgħabu Pokemon GO. Dan għaliex tara stoss nies mixjin kollha fl-istess direzzjoni sabiex jaqbdu dawn l-imberkin ta Pokemon. Logħba interessanti li fil-fehma tiegħi hija differenti mill-Playstation, peress li wieħed irid joqgħod bilqegħda ġewwa kamra maqtugħ għalih waħdu. Waqt li wieħed ikun qed jilgħaba issir jaf dwar postijiet storiċi jew ta’ interess bis-saħħa tal-Pokestops. Dan ghalies x’ħin tasal fuq Pokestop, jgħidlek l-isem tal-istatwa jew tal-knisja jew tal-post. Jiena nahseb li ħafna nies qed jitgħallmu minn din il-gwida li wieħed irid jimxi magħha sabiex jilgħaba. Insomma dik kienet naqa ta’ idea dwar il-Pokemon GO, ħaġa waħda importanti li niftakru. Jekk ħa tilgħaba ara li ma tkunx qed issuq għax tkun qed tiperikola ħajtek kif ukoll dik ta’ ħaddieħor!

Steve Farrugia
GWU – Youths