11 July

Konferenza Informattiva ġewwa Brussell

 

Fit-3 ta’ Lulju, is-Segretarju Ġenerali tal- General Workers Union (GWU) Youths, is-Sur Kendrick Bondin, kif ukoll Pauline Fenech (Fondazzjoni Reggie Miller), attendew konferenza bit-titlu “Finding the way out from segregation in education, training and employment: Fostering gender equality and the role of social partners”. Din il-konferenza twettqet fi Brussell u ġiet organizzata minn European Institute for Gender Equality (EIGE), bil-koperazzjoni ta’ Syndicat European Trade Union, BusinessEurope, Ceep u UEAPME. Apparti l-General Workers Union (GWU), diversi organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u ta’ unions mill-Istati Membri kollha tal-UE gew mistiedna għal dan is-seminar.

L-għan ta’ din il-laqgħa kienet tirrifletti l-impatt tas-segregazzjoni tas-sessi fis-suq tax-xogħol u s-setturi differenti, sabiex jaqblu dwar inizjattivi ewlenin. Dan kollu huwa meqjus bħala importanza sabiex jippromwovi aċċess aktar ibbilanċjat għal impjiegi u opportunitajiet, kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel. L-avveniment gie maqsum mil-fehmiet u l-esperjenzi tal-Imsieħba Soċjali tal-UE, dwar kif l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-post tax-xogħol tagħti s-setgħa lin-nisa u l-irġiel, tippromwovi l-indipendenza ekonomika u jikkontribwixxi għal tnaqqis fl-isterjotipi tas-sessi fis-soċjetà u fix-xogħol.

Waqt din il-laqgħa ġiet imsemmija li d-domanda qegħda dejjem tikber, iżda n-nuqqasijiet qegħdin jikbru ukoll. Infatti fost ir-riċerka pprovduta rriżulta li:

  • Id-domanda għall-professjonisti tal-STEM u l-professjonisti assoċjati, mistennija tikber b’madwar 8% sal-2025, ħafna ogħla mit-tbassir medju ta’ tkabbir ta’ 3% għall-
    impjiegi kollha (Cedefop);
  • In-nuqqasijiet tal-ħiliet ewlenin tal-STEM u l-professjonisti tal-ICT diġà huma osservati fil-pajjiżi kollha tal-UE u mistennija li jkomplu jiggravaw bl-iżviluppi demografiċi futuri (jiġifieri l-irtirar kbir previst);
  • Minkejja serje ta’ miżuri, il-parteċipazzjoni tan-nisa fl-istudji STEM, b’mod partikolari fl-inġinerija, tibqa’ baxxa fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri;
  • Parteċipazzjoni baxxa tan-nisa hija dejjem aktar assoċjata ma’ provista insuffiċjenti ta’ ħiliet ta’ STEM – ostaklu għal tkabbir ekonomiku b’saħħtu u inklussiv;
  • Id-domanda għall-kura qed tiżdied ukoll fil-kuntest tas-soċjetajiet li qed jixjieħu (is-settur ta’ l-EHW)

 

Bħala konklużjoni diversi rakkomandazzjonijiet ġew issuġeruti waqt il-laqgħa, fosthom kienu; Sterjotipi tas-sessi, approċċ innovattiv għall-għażliet tal-karriera, STEM Arrikkiment mal-arti u l-umanitajiet (STEAM), politiċi li jimmiraw in-nuqqasijiet bejn is-sessi fil-ħiliet diġitali u l-kunfidenza fihom infushom fil-ħiliet diġitali, l-iżvilupp professjonali tal-kompetenzi diġitali għall-għalliema u l-edukaturi, politika attiva tas-suq tax-xogħol u t-tagħlim tul il-ħajja, disposizzjonijiet tal-bilanċ tal-ħajja tax-xogħol, bilanċ aħjar bejn is-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet u qsim aktar ibbilanċjat tas-sigħat totali tax-xogħol u tal-kura fost in-nisa u l-irġiel.

 

GWU Youths

Jessica Delia