29 May

Kors ġdid ipprovdut mill-GWU

 

B’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Reggie Miller u permezz tal-Fondi Soċjali Ewropew għas-snin 2014-2020, il-GWU min nhar l-erbatax ta’ Ġunju ser tibda toffri kors part-time b’xejn, fuq ir-relazzjonijiet industrijali.

Il-grupp fil-mira għal dan il-kors huma adulti residenti f’Malta u Għawdex, li huma ukoll membri u rappreżentanti tal-Union b’interess fis-suġġetti tar-relazzjonijiet industrijali, djalogu soċjali u riżorsi umani.

Permezz ta’ dan il-kors, dawk li ser jattendu għalih ser issaħħu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom fuq dan is-suġġett. Fost l-obġettivi tal-Kumissjoni Ewropeja, id-djalogu soċjali huwa kkunsidrat bħala suġġett kruċjali. Dan għaliex jippromwovi kompetittivita u ġustizzja filwaqt li ikompli jtejjeb il-prosperita ekonomika u l-benesseri soċjali.

Il-kummissjoni, speċifikament tenfasizza li l-iżvilupp u t-trawwim tad-djalogu soċjali huwa element essenzjali tal-mudell soċjali Eropew u li d-djalogu soċjali Ewropew jikkomplimenta u jappoġġja d-djalogu soċjali nazzjonali u relazzjonijiet industrijali.

Dan kollu juri l-importanza ta’ provista għall-għodda neċessarja, bħal dan il-kors biex isaħħaħ u jippromwovi djalogu soċjali.

Dan il-kors jinkludi perspettivi kemm mill-aspett nazzjonali kif ukoll dak Ewropew. B’mod partikolari, l-istudenti ser jitgħallmu kif jidentifikaw ir-raġunijiet prinċipali ta’ diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol. Il-kors jiffoka fuq is-suġġetti tas-saħħa u sigurta, komunikazzjoni organizzattiva u kultura, ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol, etika, ekonokija u ligi industrijali permezz ta’ teorija u pratikka bi studji ta’ każijiet.

Il-metodi ta’ valutazzjoni huma permezz ta’ eżamijiet, prezentazzjonijiet fil-klassi, xogħol fi gruppijiet,
assenjazzjonijiet kif ukoll volutazzjonijiet fuq il-prattiku.

 

GWU Youths

Adelaide Grixti