23 May

L-esperjenza tiegħi waqt konferenza barra Malta

Illum ser nitkellem rigward waħda mill-opportunitajiet li ġejt mogħti fi ħdan il-General Workers’ Union bis-saħħa tas-sezzjoni tal-Youths. Esperjenza li hi għal qalbi ħafna fejn kelli ċ-ċans insiefer barra minn Malta ghat-tieni darba minn mindu bdejt ngħin lil din il-Union.

Kelli l-privileġġ inqatta’ tlett ijiem ġewwa Amsterdam fejn kont parti minn training f’konferenza organizzata mill-EUTI (European Trade Union Institute) bit-titlu ‘Youth Mobility on European Labour Market’. Dawn it-tip ta’ seminars huma ta’ gwadann kbir kemm għalijja bħala persuna kif ukoll biex intejjeb il-perspettiva tiegħi fuq il-post tax-xogħol. Dan iseħħ għax meta tiltaqa’ ma persuni b’kulturi differenti u tibda titkellem ma’ nies li jaħdmu f’ambjenti differenti ġo pajjiżi ikbar titgħallem ħafna u ġġib ideat ġodda kif għandek ittejjeb il-kundizzjonijiet fuq il-post tax-xogħol.

Il-mobilita tax-xogħol fl-Ewropa tista’ seħħ jew bħala kollokament (posting) – meta
min iħaddem jibgħat impjegat/a barra biex iwettqu xogħol – jew bħala
migrazzjoni individwali. Dawn iż-żewġ forom huma differenti u jaqgħu taħt oqsma regolatorji differenti għalhekk huma relatati ma’ settijiet distinti
tad-drittijiet tal-ħaddiema. Bħala konsegwenza, iċ-ċittadini tal-UE jistgħu jaħdmu f’pajjiżi oħra tal-UE b’kundizzjonijiet li f’ċerti aspetti jirreferu
lura għall-istandards tax-xogħol tal-pajjiż ta’ oriġini jew pajjiż ieħor li jkun bagħat lil dawn il-ħaddiema.

Hafna drabi dawn it-tip ta’ ħaddiema jiltaqgħu ma’ bosta inċertezzi rigward il-pagi tagħhom kif ukoll ċertu kundizzjonijiet li kellhom iħabbtu wiċċhom magħhom ta’ kuljum. Minnħabba f’hekk l-ETUI dejjem tipprova tkun hemm għall-ħaddiema li jkunu qed ibagħtu minn ċertu nuqqasijiet bħala riżultat tal-ħidma li jkunu qed jagħmlu.
Filwaqt li ċerti policies, bħall-kooperazzjoni aħjar fuq il-post tax-xogħol jew it-tisħiħ tad-drittijiet unjoni għall-organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema stazzjonati jgħinu u b’mod ċar ittejjeb il-problema, fil-qalba tal-kwistjoni hija l-arbitraġġ regolatorju li jista ‘jiġi mminimalizzat billi jkun regolat bil-ħidma b’tali mod li ma jibqax iservi bħala strateġija kost-kompetizzjoni. Iżda din hija pjuttost tintuża biss għall-iskop maħsub tiegħu li huwa li jintbagħtu impjegati barra mill-pajjiż għal perjodi qosra ħafna sabiex twettaq xogħlijiet speċifiċi.

Fi ħdan il-GWU u l-GWU Youths jiena nħossni li kbirt ħafna kemm bħala karattru kif ukoll fis-sens ta’ temxxija u kif għandek taħdem ma’ tim ta’ kollegi. Ninsab vera kuntent bid-deċiżjoni li ħadt ftit ta’ żmien ilu biex nissieħeb f’din il-Union li iktar ma jgħaddi żmien dejjem qed ninnota kemm verament qegħda hemm għall-membri u l-ħaddiema tagħha għax kull meta kelli bżonn l-għajnuna u fittixtha dejjem sibtha.

 

Kurt Zammit

GWU Youths