19 September

L-esperjernza ta’ Apprentistat mal-GWU tasal fi tmiema

Jiena Jessica Delia, studenta mill-MCAST, fejn parti mill-kors tiegħi, Diploma avvanzata fl-Istudji Segretarjali u Amministrattivi, permezz tal-iskema ‘apprenticeship’, irrid nuża l-ħiliet li tagħllimt f’diversi suġġetti u napplikhom fuq il-Post tax-xogħol fuq bażi full-time.

Din hija it-tieni sena tieghi, u nħoss ili l-ħidma tiegħi bħala segretarja mal-GWU hija pjaċevoli. Dan għaliex kelli diversi attivitajiet fejn ġejt milqugħa b’mod pożittiv għall-ħidmiet tiegħi, bħal: niformalizza l-istatut tal-GWU-Youths, għajnuna loġistika u parteċipazjoni f’diversi konferenzi bit-temi li jikonċernaw il-post tax-xogħol u kif ukoll diversi attivitajiet, ngħin lis-segretarju tal-GWU Youths, is-Sur Kendrick Bondin, fuq diversi proġetti u attivitajiet oħra.

Iżda kull bidu għandu tmiem għax wasalt fit-tmiem tal-kors tiegħi u l-apprentista li jinvolvi. Għaldaqstant f’dawn l-aħħar ġimgħat se nkun qedgħa ngħin lill-apprentistat kollega tiegħi, is-Sur Matthew Seychell, sabiex jkun hemm kontinwità ta’ xogħoli. Minkejja dan, permezz tal-kors il-ġdid li se nkun qedgħa nattendi ġewwa l-MCAST, jirrekjedi li nagħmel xi siegħat bħala placement u għalhekk se nkun qedgħa nagħmel dan il-GWU stess. Xorta waħda se nkun qedgħa ngħin b’mod volontarju lil GWU Youths, fejn se nkun qedgħa nifforma parti mill-Eżekuttiv. Ser inkun ukoll preżenti fil-freshers’ Week ġewwa l-MCAST sabiex inkompli nsaħħaħ l-għaqda tal-GWU Youths.

Nixteq nagħlaq billi niringrazzja lil GWU Youths ta’ din l-opportunità u talli dejjem kienu hemm sabiex jgħinuni nsaħħaħ il-karriera tiegħi.

 
GWU Youths

Jessica Delia