27 April

Mhux la kemm taqta’ mir-rutina

Il-kelma “Ambjent” timplika ħafna sinifikati għaliex huwa dak kollu li jdur madwarna. Kontrarjament għal-dak li konna nifhmu bih meta konna tfal, l-ambjent mhux biss is-siġar, ħdura jew żoni ta’ rikreazzjoni għal xi pic-nic. Kuljum aħna niċċaqalqu min ambjent għal ieħor u jekk dawn inkunu ambjenti ta’ stress, l-individuwu ikun qiegħed iżid l-istress ma’ kull darba li jiċċaqlaq minn wiħed għal ieħor. Kemm il-darba smajna nies jgħidulna biex nieħdu pass lura u ninqatgħu mir-rutina ħalli nserħu il-menti?! Però, billi tara xi film jew serje, jew tagħmel xi ħaġa li tħallik f’ambjent magħluq, f’ambjent tas-soltu mhux ser ittik iċ-ċans li tirilassa l-ħsiebijiet. Dan għaliex hekk kif tlesti milli tkun qed tagħmel terġa tibda tinkwieta fuq l-affarijiet li għandek trid tlesti jew tagħmel. Indipendentament jekk hux fejn il-baħar jew Green Area ir-rilassament li jitrasmettuwlek ambjenti bħal dawn, ambjenti miftuħa huwa kompletament differenti min li kieku tibqa’ fl- ambjent magħluq.

Fost l-ideat ikkonceputi mill-membri tal-ezekuttiv tal-GWU Youths, kien ġie propost min Kenrick (Segretarju) li nkunu parti mill-bosta għaqdiet ohra li jkun hemm qed jieħdu sehem fl- attivita’ ta’ Earth Garden fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali. Din hija l-ewwel darba li l-GWU Youths ħadet l-inizjattiva li tinvolvi ruħha f’attivita’ relatata mal-ambjent ta’ dan it-tip. Għalhekk ġejna milqugħa mill-organizzaturi ta’ din l-attivita li hija mxerda fuq tlett ijiem, fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ Ġunju eżattament fit-3, 4 u 5 tax-xahar. Dan il-Green Festival apparti li huwa ta’ pjattaforma kemm għal mużiċisti lokali stabili u għal dawk li jmiss jibqa’ il-festival li jqajjem interess kbir lejn l-ambjent permezz tal-arti, mużika u kultura b’mod ħolistiku. B’hekk jagħti ċ-ċans lil ħafna individwi li jieħu ix-xoqqa f’moxta u jattendu mqar għall-ġurnata jekk huma imħabbtin bl-istudju, biex b’hekk tinqata ftit mir-rutina tas-soltu billi tbidel l-ambjent għal wieħed kemm xejn mhux tas-soltu. Minħabba li l-ġranet ta’ din l-attivita jinżertgħu viċin ħafna tal-ezamijiet tal-aħħar tas-sena huma kemm xejn antipatki. Pero’ għal dawk li għadhom fl-istudji tagħhom din ser tkun ta’ ċans biex jieħu nifs mill-kotba, karti, assignments, deadlines u l-istudju għall-ezamijiet tal-aħħar tas-sena u jservi ta’ toma ħafifa tas-sajf li qed jistenniena wara l-kantuniera. Għal dawk iż-żgħażagħ li waqfu jew lestew mil-istudji tagħhom u bdew jintegraw fid-dinja tax-xogħol, tkun pawsa għalihom ukoll qabel ma jerġgħu jibdew il-ġimgha li jkun immis. Għalhekk aħna bħala GWU Youths se nieħdu din l-opportunita’ biex inserħu ftit il-menti mir- rutina tagħna ukoll billi nbiddlu l-ambjent għal wieħed rilassanti u informali. Nistidnukom li tiġu tiltaqgħu magħna fuq l-istand li ser nagħmlu sabiex niltaqgħu ma’ uċuħ ġodda u flimkien inkunu parti minn attivita’ ta’ suċċess u ssaqsuna xi domandi li għandkom u ssiru parti mill-GWU Youths li isservikom ta’ għajuna kbira għad-dinja tax-xogħol.