29 September

Mobility and Mentoring

Increasing Employment of Young People in the European Chemical Industry.

Skont il-Eurostat Unemployment Statistics(2014) il-ħaddiema żgħażagħ intlaqtu sew mill-kriżi ekonomika tal-2008. Fl-ewwel semestru tal-2013, ir-rata taż-żgħażagħ bla xogħol kienet għolja ħafna, kienet tmiss il-23.6% madwar il-pajjiżi Ewropej. Din is-sitwazzjoni inħasset ferm f’pajjiżi bħalma huma l-Graja, Spanja, Italja u l-Portugal, fejn ir-rata taż-żgħażagħ bla xogħol leħqat mat-34% u aktar.

Fis-settur tal-kimika kull grupp ta’ ħaddiema sofra minn in is-sitwazzjoni kif ukoll il-bisnisiss u min iħaddem, minħabba li hemm tbassir li f’ħafna pajjiżi Ewropej id-domanda għal dawn il-ħaddiema qed għola u f’oħrajn titbaxxa. Iżda xorta waħda il-mobilita’ tal-ħaddiema fis-settur tal-kimika huwa wieħed baxx madwar l-Ewropa; il-Kummissjoni Ewropeja sabet illi huma biss 2.6% tal-ħaddiema li qed jaħdmu f’pajjiż li mhux pajjiżhom. Wieħed mill-fatturi jidher li huwa in-nuqqas t’għarfien u esperjenza tal-kundizzonijiet tax-xogħol, fatturi soċjali u l-kultura ta’ pajjiż =ieħor li l-ħaddiem ikun interessat li jmur jaħdem fih.

Għadaqstant il-European Chemical Employers group (ECEG), il-European Federation of Managerial Staff in the Chemical and Allied Industries (FECCIA) u l-IndustriAll European Trade Union jirrapreżentaw is-settur kimiku ġewwa l-Ewropa, ingħaqdu sabiex iwettqu proġett ifinanzjat mill-Unjoni Ewropeja. L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jħeġġeġ ħaddiema żgħażagħ fis-settur tal-kimika sabiex ifittxu opportunitajiet ta’ xogħol madwar l-Ewropa b’mod volontarju.

Mill-20 sat-22 ta’ Settembru twettqt konferenza ġewwa Lisbona, Portugal bit-Titlu Mobility and Mentoring: Increasing Employment of Young People in the European Chemical Industry. Il-General Workers’ Union (GWU) hija affiljata mal-Unjin Ewropeja Industriall; għaldaqstant hija ġiet msitiedna sabiex tipparteċipa f’din il-konferenza tant prestiġjuża għal dan is-settur. Għal din il-laqgħa attendew is-Segretarjutal-GWU Youths, Kendrick Bondin u s-Segretarja tas-sezzjoni tal-Kimika u Enerġija – GWU, Rita Dimech. F’din il-konferenza ġiet preżentat il-mudell li dan il-proġett ser jaddatta, fejn żgħażugħ ser ikun jista’ jkellem u jiġi gwidat minn mentor illi jkun jgħix ġewwa l-pajjiż li ż-żgħażugħ ikun irid imur jgħix fih.

Il-mentor irid ikun espert u ġej mis-settur tal-kimika, kif ukoll ikun irid ikun residenti fil-ppajjiż li ż-żgħażugħ ikun irid imur jgħix fih. B’din il-forma ta’ komunikazzjoni, iż-żgħażugħ ser ikun jista’ jsib l-informazzjoni u appoġġ sabiex issir jaf il-pajjiż li ser ikun ser imur joqgħod fih. Il-mentor ikun jista’ jgħinu u jkellem rigward kerha, drittijiet tal-ħaddiem kif ukoll l-obligi li ħaddiem ġewwa dak il-pajjiż ikollu.

Il-proġett ser ikun qed joffri sapport professjonali permezz ta’ network ta’ mentors dedikati, li ser qed jissaportjaw kemm lil ħaddiem kif ukoll lil min iħaddem, billi jgħinuhom isaħħu ħajjithom u xogħolhom. Il-proġett qed jimmira sabiex:

  • Ikollu website fejn wieħed ikun jista’ jaċessa u jiġi nfurmat rigward opportunitajiet ta’ xogħol fis-settur tal-kimika;

  • Ikollu workshops mal-mentors sabiex ikun hem sistema ta’ train the trainer;

  • Jinħoloq ktejjeb eletroniku, f’diversi lingwi għal mentors sabie xjgħinhom fil-ħidma tagħhom;

  • Ġabra ta’ informazzjoni rigward iċ-ċaqliq tal-ħaddiema żgħażagħ f’dan is-settur u għalfejn qed ikun hemm dan iċ-ċaqliq jew għalfejn ma qedx ikun hemm.

Il-GWU u l-GWU Youths, jinsabu kommessi sabiex ikomplu jsaħħu d-dinja tax-xogħol u jgħinu lil ħaddiema żgħażagħ. Għaldaqstant il-GWU ser tkun parteċipi f’dan il-proġett billi anke hija jkolla mentor espert sabiex intejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol.

GWU Youths

Kendrick Bondin