18 December

Neghlbu l-ikbar ostaklu

 

Ghat-trejdjunjins l-ikbar ostaklu huwa kif ser tattira membri godda lejha. Specjalment meta qed tissielet biex dejjem tkun, kemm jista’ jkun, vicin tal-haddiema zghazagh. It-teghlib ta’ dan l-ostaklu huwa difficli minnhabba li huwa rizultat ta’ ragunijiet varji.

Sfortunament li jigri ta’ spiss hu li hafna lanqas ikunu jafu li jezistu dawn it-trejdjunjins. Jew inkella ma jgharfux il-valur tas-servizzi u l-ghajnuna li toffri trejdjunjin. Hemm ukoll l-idea li wiehed ghandu javvicina trejdjunjin meta jkollu l-bzonn biss. Pero wiehed ghalfejn ghandu jistenna sakemm dritt tieghu jigi miksur? Ghalfejn wiehed m’ghandux jipprevjeni minn qabel?

Jista’ jkun il-kaz li haddiem lanqas biss ikun jaf bi dritt tieghu, wisq inqas li dan id-dritt qieghed jigi miksur. Filwaqt li jekk il-haddiem, jaf bid-drittijiet tieghu, dan jista’ jgharaf mill-ewwel li d-dritt tieghu qieghed jigi miksur. Minn hemmhekk huwa jew hija ghandha tikkomunika mal-Union u b’hekk din tassisti jew tintervjeni mill-bidu nett u skont kif is-sitwazzjoni tirrikjedi.

Possibilta ta’ kif iz-zghazagh isiru jafu bit-trejdjunjins hija fl-iskejjel. Bl-istess mod ta’ kif fl-iskejjel sekondarji b’mod partikolari, jiddedikaw gimgha jew numru ta’ granet matul is-sena skolastika biex l-istudenti ikollhom esponiment ghal xogholijiet jew karrieri, trade unions ghadhom jinghatu l-istess opportunita. B’hekk kif il-gimgha ta’ esponiment tgharraf lill-istudenti b’xoghlijiet differenti hekk ukoll jigu mgharrfa bl-ezistenza tal-unions u bis-servizzi li joffru.

Bhalissa l-GWU Youths qeghda tahdem fuq tnehid ta’ kampanja gdida ghas-sena li gejja propju biex inkomplu nissieltu u nghelbu l-akbar ostaklu li t-trejdjunjins jaffaccjaw bla heda.

 

GWU Youths

Adelaide Grixti