Il-GWU Youths ser tkun qegħda tlaqqa’ l-membri tagħha għal-Laqgħa Ġenerali Bijennali fil-Workers’ Memorial Building fil-Belt Valletta s-Sibt 8 ta’ Awissu fid-9:00am. Il-membri tal-GWU Youths huma mheġġga li jattendu u jkunu fil-ħin għal din il-konferenza.

Barra l-konferenza, il-GWU Youths ser tkun qegħda tħejji workshop edukattiv bit-titlu, “It-Trejdunjinizmu – Xi Jkun u X’Jista’ Jagħmel Ghalik?” fejn ser nistiednu lis-Sur Kevin Camilleri, Segretarju tat-Taqsima tal-Ospitalita’ u l-Ikel tal-GWU, jispjega kif tahdem il-Unjin, x’inhuma d-drittijiet bazici tal-haddiema u fejn jista’ ħaddiem jirrikori jekk iħoss li għandu problema fuq il-post tax-xogħol. Iż-żgħażagħ ser ikollhom ukoll iċ-ċans imexxu l-mistoqsijiet tagħhom.

Il-firmatarju tal-għaqda qiegħed jilqa’ mozzjonijiet biex jitressqu għall-approvazzjoni tal-konferenza kif ukoll applikazzjonijiet għall-karigi fl-eżekuttiv. Dawk interessati għandhom jagħmlu dan billi jibgħatu din il-mozzjoni fuq l-email: micallef.andrew@gmail.com sa nhar is-Sibt 1 ta’ Awwissu 2015.

Għal din il-konferenza ser ikunu qegħdin jattendu s-Segretarju Ġenerali tal-GWU s-Sur Tony Zarb u s-Segretarju Ġenerali Designate s-Sur Josef Bugeja.