11 September

Seminar għall-persuni b’HIV u nies transgender fuq il-post tax-xogħol

Nhar is-sebgha ta’ Settembru organizzajna seminar rigward in-nies li qed ibatu mill-virus tal-HIV kif ukoll nies transgender. It-titlu ta’ dan is-seminar kien “HIV + people and transgender people as our colleagues” u kien organizzat mid-dipartiment taz-Zghazagh tal- General Workers’ Union. L-iskop ta’ dan is-seminar kien sabiex tinholoq izjed awareness specjalment meta jista’ jkun il-kaz li jkollok kollegi jahdmu mieghek ibatu mill-virus tal-HIV jew ikollok kollegi transgender. Ghal dan is-seminar gew mistiedna u attendew is-sur David Agius, l-Onorevoli Evarist Bartolo, l-Onorevoli Helena Dalli kif ukoll spokespersons ohrajn.

Is-Sur Kendrick Bondin, segretarju generali tas-sezzjoni Zghazagh gewwa l-GWU beda s-seminar billi qal li ghadu suggett li jgib hafna kontroversja mieghu u ghadu jitqies bhala taboo. Is-Sur Bondin enfasizza li hawn Malta ghandna hafna impjegati li huma HIV+ jew transgender u dawn qed ibatu minn diskriminazzjoni fuq il-post tax-xoghol minnhabba f’hekk. Zied jghid li hemm bzonn li ma nibqghux silenzjuzi meta naraw din it-tip ta diskriminazzjoni u apparti li min ikun qed isofri minn tipi ta’ abbuz, dawn jistghu iressqu l-ilmenti taghhom mal-GWU sabiex tiddefendihom, hemm bzonn ukoll li nibdew nedukaw lill-haddiema fuq dan is-suggett.

Huwa suggett li jqajjem dibattiti shah izda l-Ministru Helena Dalli sahqet fuq il-punt li Malta trid tindirizza l-kwistjoni ta’ postijiet tax-xogħol li jobbligaw lin-nisa jilbsu dbielet bhala parti mill-uniformi tagħhom. Hija rrimarkat dan u anki l-isfidi li jiffaċċjaw persuni transgender u dawk bl-HIV fuq il-post tax-xogħol. Saħqet ukoll li kwalunkwe tip ta’ diskriminazzjoni kontra persuni bl-HIV mhix ġustifikata għax mhux ibbażata fuq ir-realta. Fl-gheluq tas-seminar id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-GWU, Kevin Camilleri fakkar kif il-GWU ilha taħdem biex persuni gay u transgender ikunu rispettati. Huwa appella lill-persuni diskriminati fuq il-post tax-xogħol biex ma jiddejqux jersqu lejn il-GWU ħalli tiddefendihom. Reġa’ fakkar ukoll fil-proposta tal-GWU għall-baġit biex jiddaħħal sick leave għall-persuni transgender.

GWU Youths

Kurt Zammit