21 April

Stharrig Isib li Hafna Zghazagh Gharab Jirrifjutaw l-ISIS u Jahsbu li l-“Kalifat” Mhux Ser Jirnexxi

Stharrig li sar qalb mal-3500 guvni u tfajla Gharab minn 15-il pajjiz differenti juri li l-appogg lejn l-ISIS qalb iz-zghazagh Għarab dejjem qieghed jickien izda n-nuqqas ta’ xoghol jidher li hija r-ragun magguri ghar-reklutagg. Huma biss 13% taz-zghazagh Gharab li qalu li jimmaginaw lilhom innifishom jappoggjaw l-ISIS anka kieku ma juzawx daqstant vjolenza. Dan jikkontrasta mad- 19% tas-sena l-ohra. 50% minnhom qalu li l-ISIS hija l-ikbar problema li qieghed jaffaccja l-Ilvant Nofsani li zdied mis-37% tas-sena l-ohra, skont it-2016 Arab Youth Survey.    

Izda, it-thassib qieghed kull ma jmur jikber f’dawn il-pajjizi ghaliex huwa n-nuqqas kontinwu ta’ xoghol u opportunitajiet li kienu msemmija bhala l-fattur principali li jsosti ir-reklutagg terroristiku. Fi 8 minn 16-il pajjiz fejn sar l-istharrig, ir-rata gholja tal-qghad hija l-ikbar fattur aktar minn twemmin religjuz estremistra. It-tmien stharrig annwali jipprovdi daqqa t’ghajn fuq l-aspirazzjonijiet ta’ 200 miljun ruh. L-istharrig sab li wara 5 snin wara l-bidu tar-Rebbiegha Gharbija, ħafna zghazagh taw priorita’ lill-istabilta’ qabel d-demokrazija. L-ottimizmu li r-regjun ser ikun ahjar wara r-revoluzzjonijiet tal-2011 qieghed iktar ma jmur jonqos. Fl-2016, kienu biss 36% taz-zghazagh li qalu li d-dinja Gharbija marret ghall-ahjar wara r-rivoluzzjonijiet, hafna inqas mit-72% fl-2012. Il-maggoranza (53%) qablu li li zzomm l-istabilta’ huwa hafna aktar importanti mid-demokrazija (28%). Fl-2011, 92% taz-zghazagh Gharab qalu li “tghix f’demokrazija” kienet l-ikbar xewqa ghal qalbhom.   Nuqqas ta’ prospetti ta’ impjiegi tajbin kienu osservati fid-dinja Gharbija kollha fejn wiehed minn kull erbgha taz-zghazagh mill-eta’ ta’ 15 sa 24-il sena huma bla xoghol – l-oghla rata’ ta’ qghad fid-dinja skont il-World Bank. L-International Labour Organisation temmen li hemm madwar il-75 miljun zaghzugh minghajr qieghda fil-pajjizi Gharab.   L-istharrig maghrug ufficjalment bhala The Arab Youth Survey kien ibbazat fuq 3,500 intervista fuq medda ta’ suggetti differenti qalb zghazagh tal-eta’ ta’ 18 sa 24. Sabet ukoll li 47% jahsbu li r-relazzjonijiet Sunni-Shia qeghdin jiddeterjoraw u li 52% jhossu li r-religjon ghandha rwol wisq kbir fir-regjun iddominat mill-Gharabja Sawdita u l-Iran – mexxejja rispettivi ta’ kull setta u nahat kunflingenti fil-gwerer li ghaddejjin bhalissa fis-Sirja u l-Jemen.  

Rigward il-gwerra fis-Sirja, 39% taz-zghazagh Gharab jaraw il-konflitt bhala gwerra proxy miggielda minn atturi ta’ poter regjunali u globali, 29% rawha bhala revoluzzjoni kontra ir-regim ta’ Bashar al-Assad, u 22% jemmnu li kienet gwerra civili bejn is-Sirjani. Kwazi nofs dawk intervistati jappoggjaw il-ftehim nukleari internazzjonli tal-2015 li temm is-sanzjonijiet li qajjem lill-Iran fuq ruhu – b’kuntrast lill-ostilita’ tal- Gharabja Sawdita u gvernijiet ohra tal-Golf. Kien hemm ukoll qasma evidenti bejn kif iz-zghazagh Gharab jaraw l-Istati Uniti, b’63% li jikkonsidrawhom bhala habib u 32% bhala ghadu.   22% qalu li n-nuqqas ta’ demokrazija kien imsemmi bhala l-ikbar ostaklu li qed jaffaccja l-Ilvant Nofsani mentri 50% wahhlu fl-ISIS. Zewg terzi taz-zghazagh Gharab izda (67%) xorta riedu lill-mexxejja taghhom jahdmu iktar biex itejbu d- drittijiet umani tac-cittadini u tal-liberta’ taghhom, partikularment in-nisa.

Iz- zghazagh qalu wkoll li jaraw lill-Emirati Gharab Maghquda bhala “pajjiz mudell” li huwa ekonomikament stabbli u huwa l-iktar pajjiz favurit fejn jixtiequ jghixu u jibdew negozju. Dawn qalu wkoll li jixtiequ li pajjizhom jikkopja l-mudell tal- Emirati.   L-istharrig sab ukoll li 66% taz-zghazagh Gharab kienu inkwetati dwar ir-rohs kontinwu fil-prezz taz-zejt, allavolja 78% qalu li jhossuhom ghadhom intitolati ghal energija sussidjata minkejja dan. L-Gharabja Sawdita, l-ikbar produttur ta’ zejt fid- dinja, qieghda tbati biex taghmel riformi ta’ skala kbira fl-ekonomija taghha minhabba dan.   Hafna zghazagh Gharab jaqraw l-ahbarijiet kurrenti ta’ kuljum onlajn minflok it-TV u l-gurnali. 32% qalu li jaqraw onlajn, 29% jaraw it-televizjoni u huma biss 7% li jaqraw il-gazzetti kuljum. The Arab Youth Survey 2016 saret permezz tal-kumpanija Penn Schoen Berland ghal Asda’a Burson-Marsteller. Dawk li rrispondew kienu mill-Algerija, Bahrejn, Egittu, Iraq, Gordan, Kuwajt, Libanu, Libja, Marokk, Oman, Palestina, Katar, Gharabja Sawdita, Tunisija, Emirati Gharab Maghquda u Jemen.