27 April

Stqarrija

Nhar l-Erbgħa l- 27 april, il-General Workers’ Union Youths irrappreżentata minn Larinov Muscat u Adelaide Grixti attendiet għal attività organizzata mill-Forum Żgħażagħ Laburisti fejn l- organizzazzjoniiet kollha taż-żgħażagħ ġew mistiedna jagħmlu l- mistoqsijiet direttament lil Prim Ministru. Il-GWU Youths saqsiet lil Prim Ministru fuq il-qasam tax-xogħol u ż-żgħażagħ. L-għaqda rrimarkat li minkejja li setturi bħas-Servizzi Finanzjarji, ICT, Gaming, Turiżmu, Marittimu u tas-Saħħa qed jikkontribwixxu ħafna lejn l-ekonomija, qed jiġi nnutat diskrepanza bejn id-demand u s-supply ta’ ħaddiema b’dawn il-ħiliet. Għaldaqstant l-għaqda saqsiet lil Prim Ministru dwar il- prospettivi tal-Gvern għal dawn is-sentejn f’dawn l-oqsma.

Barra minn hekk, il-GWU Youths tinnota li fejn jidħlu drittijiet tal-ħaddiem, ħafna Maltin ma jafux x’inhuma d-drittijiet tagħhom bir-riskju li jkunu suxxettibbli għal iktar abbuż. L-għaqda saqsiet ukoll jekk il-Gvern għandux pjan ta’ kif iwassal din l-informazzjoni lill-ħaddiem. Il-Prim Ministru saħaq li ma nistgħux naslu f’punt fejn ma jkollniex żgħażagħ b’ħiliet meħtieġa f’oqsma tant importanti tal-ekonomija Maltija. Fil-fatt huwa maħsub li jsir Employability Index biex iż-żagħżugħ ikun jaf ix- xejra tal-pajjiż f’dak li għandhom x’jaqsmu impjiegi u f’liema qasam l- iktar li hemm bżonn ħaddiema ġodda biex b’hekk l-istudent ikun jista’ jagħmel għażla infurmata fl-istudju tiegħu.Rigward l-informazzjoni li għandha tasal għand kull ħaddiem, il-Prim Ministru qal li fil-jiem li ġejjin ser ikun qed jiġi kkumpilat charter tad-drittijiet tal-ħaddiem li ser ikunu qed jintbagħtu lil ħaddiema biex b’hekk jasal iżjed faċli l-messaġġ u ngħinu fil-ġlieda kontra l-prekarjat.

 

GWU YOUTHS