6 June

Successi fost ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin

 

Successi fost ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin permezz tal-programm Garanzija ghaż-Żgħażagħ.

l-Garanzija għaż-Żgħażagħ huwa impenn tal-Gvern Malti u ta’ gvernijiet mill-Istati Membri tal-Ewropa sabiex jigi zgurat liż-żgħażagħ kollha taħt l-età ta’ 25 sena jkunu qeghdin f’impjieg, f’edukazzjoni kontinwa, jew f’taħriġ. Permezz ta’ divesi progetti u inizjattivi, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ lahqet u qeghda tilhaq miljuni ta’ zghazagh fost il pajjizi tal-Unjoni Ewropeja. Dan qed isir permezz ta’ programmi lokali mill-gvernijiet rispettivi bl-ghajnuna tal-Unjoni Ewropeja. F’Malta, l-amministratrazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ taqa’ taht il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Dan il-programm huwa mfassal fuq il-politika taż-żgħażagħ li tagħmel enfasi partikolari fuq iż-żieda tal-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ kollha, iktar parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika u ċivika, u tranżizzjoni iktar faċli għall-ħajja adulta, b’mod partikolari permezz ta integrazzjoni fid-dinja tax-xogħol. Il-General Workers’ Union permezz tal-GWU Youths tifforma parti mill-kumitat konsultattiv ghall-Garanzija ghaz-Zghazagh, fejn hija raprezentata minn Andre’ Damato. Il-kumitat huwa responsabbli sabiex jirrevedi l-policies u l-iskemi ta’ Garanzija taż-Żgħażagħ f’Malta u jirrakkomanda reviżjonijiet meħtieġa sabiex il-programm jigi mtejjeb u msahhah. Dan il-kumitat jipproponi ukoll ideat ġodda għall-iżvilupp ta proġetti godda f’pajjizna.

Il-Garanzija ghaż-Żgħażagħ thares li tindirizza l-ostakoli li jxekklu t-tranżizzjoni mill-edukazzjoni, inattività jew qgħad għall-impjiegi. Fl-istess hin, tissalvagwardja l-għażla tal-individwi sabiex jiiddisinjaw u jibnu l-futur tagħhom waqt li tipprovdi xibka ta’ ghajnuna għal dawk li jeħtieġu protezzjoni u assistenza. Il-programm ikopri ż-żgħażagħ kollha li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs). Madankollu, l-NEETs jista’ jerġa’ jinqasam f’żewġ kategoriji wesgħin: L-NEETs qiegħda li jfittxu xogħol b’mod attiv; L-NEETs mhux attivi li ma jkunux qed ifittxu xogħol.

Naqblu li n-nuqqas ta’ attività tista’ tirriżulta minn diversi fatturi, inklużi r-responsabbiltajiet tal-familja u problemi tas-saħħa imma wkoll minn skoraġġiment u nuqqas ta’ inċentiv biex wiehed jipprova jsib xoghol. F’Malta mill-2016 ‘l hawn, ftit inqas minn 2000 zaghzugh ippartecipaw f’wahda mill-inzjattivi tal-Garanzija ghaż-Żgħażagħ. Rizultat inkuragganti hafna huwa li iktar minn nofs dawn iz-zghazagh temmew il-programm shih b’success.

F’pajjizna, il-Garanzija ghaż-Żgħażagħ hija magħmula minn erba’ inizjattivi differenti:

      1) L-Iskema NEETS, li tipprovdi taħrig biex wiehed ittejjeb ħiliet specifici fuq sitt gimgħat, segwit minn esperjenza ta’ xogħol ta’ tnax-il gimgħa. 78 zaghzugh jew zaghzugha li hadu sehem f’dan it-tahrig bejn l-2016 u l-2017 llum qeghdin jahdmu, jistudjaw jew f’tahrig iehor.
      2) Il-Klassijiet ta’ Revizjoni tas-SEC (O-Levels). L-istudenti li jeħlu mill-ezamijiet tal-livell SEC tagħhom fis-suggetti ewlenin huma offruti klassijiet ta’ revizjoni obligatorji matul ix-xhur tas-sajf, bi tħejjija għar-risits ta ‘Settembru. It-tagħlim isir fis-suggetti tal- Malti, l-Ingliż, il-Matematika, l-Bijologija u l-Fiżika. Permezz ta’ dan il-programm, l-istudenti huma mghejuna jibqgħu fis-sistema edukattiva u jkomplu javvanzaw ghall-edukazzjoni terzjarja. 845 zaghzugh jew zaghzugha li hadu sehem f’dawn il-klassijiet bejn l-2016 u l-2017 llum qeghdin jahdmu, jistudjaw jew f’tahrig.
      3) Il-Klassijiet ta’ Rimedju tal-MCAST. F’din l-inizjattiva, l-istudenti li jeħlu f’xi wieħed mill-eżamijiet minn Livell 1, Livell 2 jew Livell 3 tal-kors rispettiv fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) jinghataw tahrig u ghajnuna bi preparazzjoni għal-assesmenti finali tagħhom f’Settembru. Permezz ta dawn il-klassijiet, kien hemm mhux inqas minn 165 z-zaghzugh li bejn l-2016 u l-2017 setghu ikomplu ghall-livell successiv fl-istudju taghhom fl-MCAST.
      4) IT Summer Courses. Dan il-programm huwa mmirat għal studenti sekondarji ta’ bejn il-15 u l-25 sena billi jipprovdilhom opportunità edukattiva addizzjonali biex jiksbu ħiliet u għarfien ta’ prattici fl-IT. 154 zaghzugh jew zaghzugha li hadu sehem f’dan it-tahrig bejn l-2016 u l-2017 llum qeghdin jahdmu jew jistudjaw. Fatturi li wasslu ghas-suċċess tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ huma:

      • L-appoġġ b’saħħtu mill-Gvern Malti u koordinazzjoni lokali;
      • Strateġiji ta’ outreach li jġibu iktar żgħażagħ fl-iskema ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ;
      • Punt centrali ta’ kuntatt li jgħin biex jiġu pprovduti servizzi mfassla speċifikament għall-bżonnijiet tal-persuna;
      • Tneħħija tal-ostakli bejn l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol;
      • Sistemi moderni ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali li jipprovdu l-ħiliet meħtieġa fis-suq tax-xogħol;
      • L- involviment iktar qawwi ta trejd unjins u min ihaddem.

 

Il-GWU Youths hija impenjata sabiex tkompli tati s-sapport taghha lejn il-Garanazija taz-Zghazagh sabiex iktar zghazagh Maltin u Ghawdxin ikunu jistghu jkolhom hajja u futur ahjar.

Min jixtieq iktar informazzjoni fuq l-Garanzija għaż-Żgħażagħ ghandu jaghmel kuntatt mal-amministraturi fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fuq 2598 2280/2 jew Facebook: facebook.com/youthguaranteemalta jew premezz tal-website education.gov.mt/youthguarantee

 

Referenzi u statistika: Dokumetazzjoni ufficjali tal-UE u tal-Gvern Malti

 

GWU Youths

Andre Damato huwa l-President tal-GWU Youths