30 June

Transport Ġust fl-Ewropa

It-Transport huwa parti essenzjali fl-ekonomija Ewropeja. Is-settur tat-trasport jiġġenra kemmimpjieg kif ukoll tkabbir ekonomiku. Jiġġenra madwar 5% tal-GDP Ewropew u jimpjegadirettament -il fuq minn 11 -il miljun persuna. 5% tal-ħaddiema fl-Ewropa jaħdmu f'dan is-settur,hekk skont l-istħarriġ li sar The Single Market in Transport and Tourism, 2014. Dan kien il-kliemtal-President (Lars Lindgren) u s-Segretarju Ġenerali ( Eduardo Chagas) tal-Federazzjoni Ewropejagħat-Trasport [European Trade Union Federation (ETF)].


L-Ewropa għamlet avvanzi kbar fir-rigward tal-integrazjoni fil-qasam ta' aċċesibilita' bejn il-pajjiżi,billi neħħit il-ħitan bejn pajjiż u ieħor sabiex wieħed ikun jista jivjaġġa aktar faċilment. Ovjamentdan kellu impattt kbir fuq it-transport fejn wieħed jista jivjaġġa f'xogħolu mingħajr ħafnaburokrazija. Iżda fir-rigward tal-impjieg, dan ma kellux impatt tajjeb hekk kif juri l-istudju Socialand working conditions of Road Transport Haulier, 2013. Skont dan l-istudju l-kundizzjonijiet tal-impieg tal-ħaddiema ħadu daqqa ta' ġarta l-isfel.


L-ETF qedgħa tiproponi miżuri ġodda li għandhom jittieħdu sabiex ikun hawn aktar Transport Ġustfl-Ewropa billi ddaħħal leġislazzjonijiet ġodda sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet għal ħaddiem kollhafis-settur tat-Transport fil-pajjiżi membri kollha, dan jinkludi ukoll lil Malta. L-ETF qedgħatiproponi dawn li ġejjien:

1. Leġislazzjonijiet aħjar għal ħaddiema fit-Trasport u protezzjoni għad-drittijiet bażiċi ta'dawn il-ħaddiema;
2. Terġa tiġi diskussa id-Direttiva ta' Posting of Workers 96/71/EC;
3. Miżuri li jkunu l-istess għal pajjiżi membri Ewropej fir-rigward ta' impieg u drittijiet soċjali;
4. Miżuri sabiex ikun hemm infurzar tal-liġi għad-drittijiet tal-ħaddiema fosthom il-ħin ta'mistrieħ;
5. Emendi fil-leġislazzjonijiet tat-tenders sabiex jiġi garantit li l-kundizzjonijiet tal-ħaddiemama jbgħatux jew imorru għall-agħar;
6. Legislazzjonijiet għal kontra hekk imsejjaħ bogus self-employment, fejn ħaddiem jiġiimħaddem fuq bażi self-employed sabiex l-employer ma jħallaslux is-sigurta' soċjali;
7. Introduzzjoni għal European Social Security Card sabiex il-kundizzjonijiet tal-ħaddiemajiġu regolati minn pajjiż għal ieħor;
8. Klawżoli ġusti sabiex jiħu integrati id-drittijiet tal-ħaddiema u prinċipji ta' moviment liberubejn il-pajjiżi membri.


Hawn Malta il-ħaddiema tat-trasport jiltaqaw ma' diversi diffikultajiet fosthom dawk tal-ħinijiet ta'mistrieħ kif ukoll tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol. F'pajjiżna il-ħaddiema tat-Trasportjinsabu kemm fit-toroq, l-ibħra u l-portijiet tagħhom, kif ukoll fl-avjazzjoni. Il-kompetizzjoniqawwija li hawn, kif ukoll l-użu tat-teknoloġija moderna qedgħa toħloq sitwazzjoni ta' inċertezzafil-ħaddiema f'dan il-qasam. Naraw ukoll kif qed ikun hawn ħaddiema li qed jitħaddmu b'kuntrattbil-kontra tal-kollegi tagħhom, kuntratti li jkunu inqas favorevoli għal ta' dawk il-ħaddiema li humampjegati fuq bażi indefinit mal-kumpanija. Dawn id-differenzi jkomplu jkissru d-drittijiet tal-ħaddiema kif ukoll l-istabilita' u s-sigurta' tal-impjegati minħabba kompetizzjoni mhux ġusta. Fl-avjazzjoni naraw li minħabba l-linji tal-ajru li huma ferm irħas minn kumpaniji oħra, id-drittijiet tal-ħaddiema naqsu flimkien mal-prezz tal-ivjaġġar.


Il-General Workers' Union (GWU) tifforma parti mill-ETF u qedgħa tiġbor il-firem ta' sapport għal Transport Ġust fl-Ewropa flimkien ma' Trade Unions oħra Ewropej. Għaldaqstant il-GWU idelegatdin il-kampanja lil GWU – Youths sabiex ikomplu jiġbru u jħeġġu aktar nies jiffirmaw din il-petizzjoni. Il-GWU- Youths tħeġġek sabiex anke int tgħati l-kontribut tiegħek billi tiffirma għaxjekk ikollna Transport Ġust fl-Ewropa, ser igawdi minnu pajjiżna kif ukoll aħna stess. Tista tiffirmadin il-petizzjoni billi tidħoll: //fairtransporteurope.eu/.


Grazzi tas-sapport,
Kendrick Bondin