24 March

Trejd Unjonizmu

Kemm ghad ghandu importanza fis-  socjeta’ tal-llum? It-trejd unjonizmu jmur lura diversi snin, bl-importanza tieghu jintlahaq wara r-rivoluzzjonijiet industrijali li sehhu fis-seklu tmintax meta l-haddiem inghaqad flimkien biex jirbah fuq l-oppressjoni tal-Kapitalizmu. Il-famuza frazi ta’ Karl Marx, “Workers of the World unite-You have nothing to lose but your chains”, wasslet biex jiffurmaw it-trejd unjins u jinghaqdu b’ghajta wahda favur id-drittijiet tal-haddiem.   Matul iz-zmien, mexxejja tal-pajjizi nnutaw li l-kapitalisti u l-haddiema ma jistghux jibqghu jkunu kontra xulxin. Biex l-ekonomija tikber u tissahhah hemm bzonn li l-haddiem u l-kapitalist jinghaqdu f’allejanza biex jaspiraw orizzonti godda fil-qasam tax-xoghol. Minn hemmhekk bdiet it-triq biex iktar ligijiet jibdew jigu approvati u izjed drittijiet jibdew jinghataw lill-haddiem.  

Madankollu dan ma jfissirx li wasalna. Kull darba li nisma’ b’kazijiet ta’ prekarjat ninduna li jghaddi kemm jghaddi zmien, isiru kemm isiru ligijiet, il-haddiem jibqa’ punt vulnerabbli li facli jigi ddiskriminat u abbuzat. U hawn fejn l-importanza ta’ trejd unjins tibqa’ b’sahhtiha.   Statistici Ewropej qed juru li trejd unjins qed inaqqssu mid-densita’ u mill-popolarita’ b’mod specjali maz-zghazagh. F’Malta trejd unjins ghadhom ftit jew wisq b’sahhtihom izda bhala zaghzugha li nitkellem ake ma’ haddiema zghazagh, inhoss li hawn nuqqas ta’ taghlim dwar il-hidma ta’ trejd unjins u forsi dan qed iwassal ghal nuqqas ta’ popolarita’. Forsi huwa nuqqas ta’ trejd unjins innifishom li ma jinzlux vicin il-poplu biex jghallmuh dwar ix-xoghol li sar u qed isir grazzi ghal pressjoni li taghmel trejd unjin fuq il-legizlatur.  

Il-hidma kontra l-prekarjat tibqa’ gerha tas-socjeta’ Maltija. Minkejja li l-kundizzjonijiet tax-xoghol tjiebu hafna, xorta wahda ghadna nismghu b’kazijiet ta’ haddiema li jigu trattati b’mod hazin kemm fuq il-positijiet tax-xoghol u anke fil-paga mizera li tinghatalhom. Biex nimxu ‘il quddiem irridu ninghaqdu lkoll flimkien u niggieldu din il-pjaga, ghal drittijiet ugwali kemm ghal barranin u kemm ghal Maltin. Ma nistghux nibqghu f’sitwazzjoni fejn haddiema li qed jaghmlu l-istess xoghol jinghatawlhom kundizzjonijiet tax-xoghol u paga differenti. Il-legizlatur ma jistghax jibqa’ jhalli dan l-imminar socjali jkompli jahkem lil din il-gzira. U huwa precizament hawn fejn tidhol l-importanza ta’ trejd unjin irrispettivament minn religjon, kultura, sess jew kulur tal-gilda. Kull haddiem f’Malta ghandu jkollu l-istess kundizzjonijiet tax-xoghol.

Filfatt il-General Workers Union kienet minn ta’ quddiem li tippomwovi ugwaljanza permezz tal-proposta favur integrazzjoni tal-immigranti fuq il- post tax-xoghol li tirregolarizza xoghlhom bil-ghan li jonqos l-abbuz. In-nisa ukoll huma ta’ importanza kbira fejn tidhol l-ekonomija ta’ pajjizna. L-iktar rizors importanti f’Malta huwa dak uman u ghalhekk ma jistghax ikollna impedimenti li jzommu n-nisa milli johorgu fid-dinja tax-xoghol. Sa ftit snin ilu din kienet toqba kbira fl-ekonomija li qabdet timtela ftit ftit b’mizuri li ttiehdu li ghenu biex il-mara tad-dar tohrog tahdem. Dawn il-mizuri izda ma jistghux ikunu ta’success jekk dik l-hekk imsejha “Gender Pay Gap” ma tkunx indirizzata b’mod serju. Konna qed nispiccaw f’sitwazzjoni fejn minkejja li n-nisa kienu jahdmu daqs il-kollegi taghhom irgiel,dawn xorta jithallsu ferm inqas minnhom. Madankollu, l-isterjotipi bdew jinkissru u iktar importanza bdiet tinghata lix-xoghol tan-nisa tant li Malta ghandha it-tieni l-inqas rata ta’ differenza fil-pagi bejn is- sessi. Dan huwa rizultat ferm pozittiv ghal Malta ghaliex iqeghdna fuq quddiem fl-Ewropa fil-glieda favur ugwaljanza fuq il-post tax-xoghol. Ghaldaqstant it-trejd unjins ghandhom jibqghu b’seba ghajnejn fuq minn ihaddem biex josservaw u jaraw li dak li kien maqbul u nnegozjat f’ collective agreement jew li qieghed fil-ligi Maltija stess jibqa jigi osservat.  

Huwa dan li z-zghazagh ghandhom jifhmu meta jitkellmu fuq trejd unjins. Hafna forsi jarawhom ghaqdiet tal-passat izda fil-verita’ l-hidma taghhom ghadha importanti sal-gurnata tal-lum. Huwa ghalhekk importanti li filwaqt li tinzamm l-ideologija li sawwret it-trejd unjin innifisha, tajjeb li dawn jinfethu ghal ideat godda li jiggieldu l-istatus quo waqt li jimbuttaw ghal bidliet ghal gid tas-socejta’ Maltija.   Hawn naghalaq bi proverbju Irlandiz li fl-opinjoni tieghi ghad ghandu rilevanza kbira, li jghid li fejn mhemmx ghaqda ma jistghax ikun hemm forza. Huwa ghalhekk li trejd unjin trid tibqa il-forza li tipprotegi lill-haddiem. Filwaqt li ghandha tidhol fi djalogu kontiwu ma’ min ihaddem, ma tridx tibza tiehu decizjonijiet li, anke jekk ma jkunux popolisti, ikunu ghal gid tal-haddiem.