13 June

Żgħażagħ fi trejdjunjin minn Malta kontinwazzjoni

 
Ir-Ritmu tax-xogħol tal-EESC

  • 9 Sessjonijiet plenarji kull sena;
  • Is-sezzjonijiet jiltaqgħu darba kull xahar (6);
  • Kull grupp tal-istudju jiltaqgħu 1-3 darbiet sabiex jagħmlu abbozz tal-opinjonijet;
  • Il-Membri u diversi ħaddiema huma assistita mis-segretarjat ġenerali.

 
2:00 pm – 5:00 pm
 
Żjarja fil-Parliment Ewropej fejn kellna l-opportunita’ li niltaqgħu ma Dr.Miriam Dalli. F’din il-laqgħa informattiva staqsejnija diversi mistoqsijiet u kif ukoll Dr. Dalli bdiet tgħidilna s-sistema ta’ kif jinħadem il-Parliment u rwol taghħa.
 
Il-Ħamis, 3 ta’ Mejju, 2017
 
10:30 am – 12:45 pm
 
Laqgħa informattiva mal-President ta’ tieni grupp (tal-ħaddiema) fuq ir-rwol u l-impatt tal-EESC fuq il-grupp ħaddiema dwar EU policies. F’din il-laqgħa Il-GWU Youths staqsejna diversi mistoqsijiet li kienu:

  1. Kif il-European Policy dwar trejd unionism iqisu l-daqsijiet varji ta’ stati tal-EU u l-leġiżlazzjoni tax-xogħol varji tagħhom u l-mudelli? Tadotta one-size fits-all approach jew ivarjaw skont xi kriterji partikolari? – Jessica Delia
  2. Malta reċentement iddeċidiet li jgħollu l-paga minima nazzjonali. X’inhu l-UE policy f’dan ir-rigward? Hemm one-size fits-all approach li jirregolaw l-paga minima jew policy orjentat lejn kunċetti oħra bħal paga ġusta jew paga għall-għixien? – Jessica Delia
  3. Konna nitkellmu dwar il-valuri soċjali u l-importanza ta’ dan il-pilastru soċjali u l-immigrazzjoni tkun żgur affettwat l-istati ewropej varji, speċjalment dawk li jinsabu fil-Mediterran bħal Malta. Il-Presidenza Maltija bħalissa qed tagħti din il-kwistjoni ta’ importanza kbira mal-summit Valletta fl-2015 u segwitu fl-2016. Madankollu, aħna smajna ħafna diskussjonijiet għal żmien pjuttost twil issa u allavolja rajna li kien hemm titjib, il-problema xorta qeda tipersisti. Jekk nieħdu per eżempju n-nuqqas ta’ standards tad-drittijiet tal-bniedem immigrant li huwa illegali li kontinwament huma qedin jiffaċċjaw problemi kbar, per eżempju jaħdmu f’xogħol li huwa sfurzat u illegali. Hemm xi pjannijiet sabiex din il-kwistjoni tal-immigranti illegali tigi rregulata, imma fl-istess ħin isegwu l-valuri soċjali fi ħdan il-charter tal-EU nnifisha? – Elaine Degorgio

 
Nixtiequ nagħlqu dan l-artiklu billi nirringrazzjaw lill-GWU Youths ta’ din l-opportunita’. Barra min hekk nixtiequ nieħdu din l-opportunita’ sabiex nħeġġu aktar żagħżagħ jingħaqdu magħna, fejn jistgħu ukoll jiparteċipaw f’attivitajiet varji bħal din sabiex ikattru u jkabbru l-profil taghħhom fil-qasam edukattiv.