6 June

Żgħażagħ fi trejdjunjin minn Malta

Ħames parteċipanti li jiffurmaw parti mill-Eżekuttiv tal-GWU Youths ħadu sehem f’safra informattiva li kienet tikonċerna l- European Economic and Social Committee. Dawn il-parteċipanti kienu; Jessica Delia (uffiċjal għall-Edukazzjoni), Elaine Degorgio (membru attiv), Stephen Mercieca (membru attiv), Larinov Muscat (uffiċjal għall-Finanzi) u Daniela Pace (uffiċjal għall-Politka Soċjali).  Flimkien mal-UHM kellna l-opportunita’ li nżuru l-Parliment Ewropej u nattendu diversi laqgħat fejn qsammna bejnietna l-ħsibijiet ta’ xulxin.

Programm

L-Erbgħa, 3 ta’ Mejju, 2017

10:00 am – 11:30 am

Żjara l-European Economic and Social Committee(EESC) fejn konna preżenti f’laqgħa tas-SOC (Employment, Social Affairs and Citizenship).  F’din il-laqgħa saret diskussjoni fuq L-Erasmus+, fejn ġiet diskussa r-rapport ta’ informazzjoni li r-rapporteur ifformalizzat fejn imbagħad tiġi mogħtija lil Kummissarju u fl-aħħar jiġi vvotat waqt din il-laqgħa fejn jistgħu jaqblu jew ma jaqblux.

Ir-Rapporteur bdiet din il-laqgħa billi qalet li l-Erasmus+ huwa l-aktar proġett li rnexxa fil-EU u li ilha 30 sena (mill-1987) imwaqqfa, b’madwar 270,000 studenti. L-Erasmus+ huwa fundimanteli għal min jixtieq ikollu aktar experjenzi u aktar għarfien. Hija mqassma f’żewġ sezzjonijiet li huma:

  1. Programm għall-mobiltà taż-żagħżagħ;
  2. Korsjiet ta’ taħriġ għal adulti.

Ir-Rapporteur kompliet tgħid li allavolja hemm bosta vantaġġi hemm ukoll bżonn għat-titjib. Fost xi affarijiet li ssuġġeriet huma dawn:

  • Is-sistema tal-finanzi tkun aktar flessibli;
  • Organiżżazzjonijiet taż-żgħażagħ jew l-imsieħba soċjali jkunu aktar involuti;
  • II-Linji ta’ Gwida jiġu mtejba u aktar definiti sabiex jipprevjenu l-favoritiżmu.

Wara din id-diskussjoni diversi nies min pajjiżi differenti  għaddew is-suġġerimenti tagħhom fuq ir-rapport tal-informazzjoni. Kien hemm ħafna idejat differenti fuq dan ir-rapport fosthom qalu li għandu jkun hemm aktar titjib fuq il-prospettivi tal-Impjieġ, diffikulta fuq ir-rati fisi tal-ivvjaġġar u l-proċess tal-applikazzjoni tkun aktar faċli. Fl-aħħar ir-rapporteur għamlet il-konlużjonijiet tagħha u għalhekk wara seta jsir il-vot, fejn kulħadd qabel mar-rapport.

11:30 am – 12:45 pm

Laqgħa informattiva fuq l-istruttura u l-funzjonijiet tal-European and Social Commitee fejn kienet indirizzata mill-president tal-EESC fil-grupp tal-ħaddiema (it-tieni Group). Il-President huwa involut fis-social policy u fl-ECO policy, fejn jiffoka fuq il-prijorità u kif ukoll biex jimplementa strateġiji tajbin. Aparti minn dan, huwa jemmen li d-deċiżjonijiet għandhom issiru bħala grupp u li x-xogħol għandu jkun pprepartat minn qabel.

Il-Kumitat huwa korp konsulattiv fejn jirripreżenta s-soċjetà ċivili – li hija magħmula minn tliet gruppi, li huma:

  1. Min Iħaddem (Grupp 1);
  2. Ħaddiema (Grupp 2);
  3. Interessi Varji (eż: bdiewa, konsumaturi, NGO’s, proffessjonisti, etċ…) (Grupp 3).

In-numru ta’ membri fi ħdan il-grupp ma jistawx jaqbżu l-350 membri.  Ir-rwol tal-EESC huwa li jeżamina l-proposti u jfassal opinjonijiet li huma bbażżati fuq ftehim, li jkunu mlaħħqa bejn il-membri.  Il-Parlament Ewropej, il-Kunsill, il-EU u l-Kummissjoni Ewropej huma legalment obbligati sabiex jikkonsultaw l-EESC meta jkun hemm liġijiet ġodda li jridu jiġu approvati (fuq suġġetti partikolari).

Il-Presidenza tal-EESC hija eleta sentejn u nofs (2 ½) tul is-sena, u li tagħraf li;

“For a united, demcratic, solidarity-basd, peaceful and prospectus europe close to its people”

Key Priorities

  • Tissaħħaħ id-djalogu soċjali, ċivili u d-demokrazija parteċipattiva;
  • Isostnu l-small medium enterprises (SMEs) u l-mikrointrapriżi u l-ekonomija soċjali;
  • Appoġġ sostenibbli “deċenti” tal-impjieg;
  • Tippromwovi migration policy ġdida;
  • Jippromwovu s-sigurtà u l-istabbiltà fil-pajjiżi ġirien;
  • Jinkoraġġixxu mudelli innovattivi ta’ żvilupp sostenibbli;
  • Jinkoraġġixxu sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u climate policy bilanċjata.